Sezzjoni Zghazagh

Ghaqda Muzikali L'Isle Adam -Rabat tal-Imdina

1982-2007

25 sena mir-rebħ tal-ewwel Konkors tal-Baned Maltin mill-Banda L’Isle Adam A.D. 1860 Rabat-Imdina.

1982-2007 

Fl-1982 il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kultura organizza għall-ewwel darba Konkors għal-Baned Maltin u Għawdxin. L-aħbar lil Banda tagħna waslet permezz t’ittra  lil-kumitat f’Setembru 1982. Il-Kumitat mil-ewwel iddeċida li l-Banda għanda tieħu sehem u mill-ewwel bdew il-preparamenti. Bdiet l-għażla tal-Bandisti, waħda mir-regoli kienet li kull banda riedet tkun magħmula minn 50 bandist u l-kull bandist ma setax idoqq ma iktar minn banda waħda. Il-Kummissjoni Banda flimkien mal-mibki surmast Philip Gatt ħadmet qatieh, l-mużika li tindaqq kella tkun silta ta’ surmastrijiet Maltin, mużika magħżula mir-repertorju tal-Banda u mużika li tindaqq minn kull banda u magħżula mill-organizzaturi. Ġiet preparata ukoll uniformi ġdida bi spaletti u ingravajjet ġodda. Il-kunċerti kienu jsiru tnejn fil-ġimgħa u lejn l-aħħar kienu anki jsiru il-Ħadd, insomma il-kelma tal-Kumitat kienet la se nidħlu iridu nirbħu.

Il-Banda L’Isle Adam kienet ħadet sehem f’ dan il-Konkors  flimkien ma’ 5 baned oħra li kienu San Mikiel ta’ HaŻ-Żabbar, il-Banda Żejtun , Prince of Wales tal-Birgu, La Stella tal-Gudja u Annunzjata ta’ Ħal-Tarxien.

Il-Konkors beda fl-10 ta’ Diċembru u kien imqassam fuq tlett ijiem. L-eseguzjoni tal-Banda L’Isle Adam kienet fit-tieni jum ta’ dan il-konkors igifieri fl-11 ta’ Dicembru 1982. Il-Banda daqqet dawn is-siltiet: “A Symphonic Portrait”- G.Gershwin, “Argyria”- Philip Gatt u “Inno al Sole”- Pietro Mascagni.

L-entużjażmu li kien hemm fit-Teatru Manuel dak inhar kien xi ħaġa tal-għaġeb. Kulħadd baqa’ mistagħġeb bl-eżekuzzjoni tal-Banda L’Isle Adam u l-opinjoni pubblika kienet waħda unanima, l-Banda L’Isle Adam għanda tirbaħ. U fil-fatt hekk kien. L-għada 12 ta’ Dicembru il-Banda L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina giet dikkjarata bħala ir-Rebbieħa ta’ dan il-Konkors u minn dak inhar bdiet iġġieb titlu ġdid:“L-Ewwel Banda Tar-Reppublika ta’ Malta”.

Il-Banda L’Isle Adam ġiet ikklasifikata fl-ewwel post b’ 346 punt it-tieni giet il-Banda San Mikiel b’330 punt, it-tielet il-Banda Żejtun b’296 punt, ir-raba il-Banda Prince of Wales b’256 punt, il-ħames il-Banda La Stella b’ 212 punt, u fl-aħħar il-Banda Annunzjata b’114 punt. Il-Banda L’Isle Adam bħala premju ġiet mogħtija trofew li għadu miżmum b’għoża kbira f’waħda mil-vetrini tas-sala l-ħamra u Lm300 fi flus  u ingħata ċertifikat lil Bandisti kollha li dan ġie preżentat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Kultura in-Nutar A. Sciberras Trigona nhar il-Ħadd 10 t’ April 1983. Wara dan il-Konkors il-Banda reġet ħadet sehem fiż-żewġ Konkorsi oħra f’1984 u l-1985 fejn għall-darba oħra reġet  ġiet ikklasifikata fl-ewwel post. F’dik is-sena dan l-avveniment inkuruna is-Sena speċjali li fakkret għeluq il-125 sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ festi kbar li infirxu fuq sena sħiħa fostom Kunċert ta’ mużika sagra fil-Katidral tal-Imdina. Fejn il-Banda tagħna kienet l-ewwel Banda Maltija li qatt daqet f’dan l-istess Katidral.

 

Grazzi lis-Sur Jeremy Debono ta' dan l-artiklu. Membru fis-Sezzjoni Zghazagh Ghaqda Muzikali L'Isle Adam tar-Rabat ta' l-Imdina